Association of Road Racing Statisticians / Ghanijiet

Li tistabilixxi kriterji validi biex jinzammu r-rekords tat-tlielaq fit-toroq
u biex tinzamm lista valida rekords ta' tlielaq fit-toroq.

Li tipromwovi l-komunikazjoni u l-bdil ta' informazjoni fejn jidhlu t-tlielaq fit-toroq.

Membri Fundaturi

Kumitati

Ko-Ordinatur ta' l-ARRS

Andy Milroy se jghin biex ikun hemm ko-ordinazjoni bejn l-attivitajiet tal-kumitati varji, jiffacilita l-komunikazjoni nterna u jiddiskuti ma' organizzazjonijiet barra mill-ARRS.

Membri ta' l-ARRS

Kull min hu nteressat jofri l-appogg tieghu u jghin biex ikunu mferrxa l-ghanijiet ta' l-ARRS huwa mistieden isir membru. L-uniku haga necessarji biex jissieheb hu li b'xi mod jghin lil l-ARRS. Dan jista jkun billi jaghti r-rizultati ta' tlielaq, jikkontribwixxi fil-hafna listi mizmuma mil l-ARRS, jipromwovi l-ghanijiet ta' l-ARRS permezz ta' artikli u publikazzjonijiet u jghin fl-attivitajiet ta' kulljum biex l-ARRS tkun tista' topera. Ikkuntatja lil ko-ordinatur ta' l-ARRS, Andy Milroy jekk tixtieq tissieheb ma' l-ARRS.

Il-membri ta' l-ARRS huma mistiedna jinghaqdu f'dawk il-kumitati li jolqtu direttament l-interessi taghhom. Il-kuntatti ta' kull kumitat ta' l-ARRS huma mnizzla hawn fuq. Dawn huma kumitati li jaghmlu enfasi fuq ix-xoghol. Il-membri ta' dawn il-kumitati huma mistennija jaghtu l-kontribut fl-isforz tal-grupp.

Tlielaq flimkien ma individwi jistghu isiru membri ta' l-ARRS. Ghafas hawn ghad dettalji ta' x'inhu mistenni min "race members" u lista ta' "race members".

Membri li bl-agir taghhom iwaqqfu jew ifixklu l-kumitati, l-progetti jew l-ghanijiet ta' l-ARRS huma maghrfa li l-membership taghhom tista tigi rtirata li jfisser li huma jigu mnehhija mic-cirkolazjoni nterna tal-mails u ma jibqghux jircievu n-newsletter ta' l-ARRS.